Il-Pajjiżi Tal-Eurovision Irebbħu T-Trofej Tal-‘OGAE International’ Lil Destiny

 Il-Pajjiżi Tal-Eurovision Irebbħu T-Trofej Tal-‘OGAE International’ Lil Destiny

Il-pajjiżi kollha tal-Eurovision ivvutaw għall-aqwa kanzunetta u Malta ħarġet rebbieħa. Il-Maltin bla dubju ma setgħux jivvutaw lill-kanzunetta tagħna stess. OGAE International bagħatu t-trofej tagħhom li ġie ppreżentat ilbieraħ filgħaxija fl-Alexandra Hotel.

Imiss li jsir Festival bl-isem ta’ ‘Eurovision Fan Weekend’ fejn il-pajjiżi li jieħdu sehem fil-Eurovision setgħu jagħżlu kantanta biex tkanta diska li dġià ħadet sehem fil-Eurovision innifsu. Lyndsay Pace ġiet magħżula sabiex tirrapreżenta lil Malta f’Ottubru li ġej fi Stuttgart fil-Ġermanja.

Fil-fatt, Lynday ppreżentat 3 kanzunetti: My Number One ta’ Ħelena Paparizou li kienet irrapreżentat lill-Greċja u rebħet, Sound of Silence ta’ Dami Inn li kienet irrapreżentat lill-Awstriaj u spiċċat fit-tieni post u Adrenalina ta’ Senhit li rrappreżentat lil San Marino din is-sena stess. Fil-Fatt rebħet bid-diska Adrenalina.

Awguri Lyndsay u Awguri Destiny.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com