Il-Papa Franġisku Jżur Lit-Tfal Fl-Isptar
Il-Papa Franġisku jidher li qed jirkupra sew mill-operazzjoni li għamel nhar il-Ħadd.
Il-Papa rringrazzja lil ħafna nies li talbu għalih u bagħtu messaġġi, u talabhom biex jkomplu jitolbu għalih.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ qam jimxi wkoll fejn l-ewwel ħaġa li għamel kien li żar pazjenti tfal fid-dipartiment tal-onkoloġija. It-tfal ferħu ħafna hekk kif raw lil Papa Franġisku fil-kamra tagħhom fejn qatta ftit ħin magħhom biex jagħmlilhom kuraġġ. Matul dan il-ħin li għamel magħhom it-tfal pinġew messaġġi sbieħ biex jagħtuhom lil Papa.
It-talba ta’ l-Angelus tal-Ħadd li ġej ħa jkun qed jagħmilha xorta waħda mill-isptar Gemmelli ta’ Ruma fejn qiegħed jiġi rikoverat.