Il-Partit Nazzjonalista F’Laqgħa Mal-Għaqda Repubblika
Bħalissa fid-Dar Ċentrali tal-PN jidher li għaddejja laqgħa li saret fuq stedina tal-Partit Nazzjonalista mal-Għaqda Repubblika.
F’din il-laqgħa jidher li sar skambju ta’ ħsibijiet dwar il-qagħda politika preżenti.
Jidher li preżenti għal din il-laqgħa hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien ma’ Chris Peregin u Peter Agius
Id-delegazzjoni ta’ Repubblika hija mmexxija mill-President tal-għaqda Robert Aquilina.