“Il-PN Mhux Kredibbli Jitkellem Dwar Il-Pandemija” – Il-Partit Laburista

 “Il-PN Mhux Kredibbli Jitkellem Dwar Il-Pandemija” – Il-Partit Laburista

“Il-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda kredibbiltà meta jitkellem fuq il-pandemija.” Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija li ħareġ b’risposta għall-istqarrija li ħareġ il-PN ftit tal-ħin ilu dwar is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna kawża tal-pandemija.

Il-Partit Laburista qed jgħid li l-PN mhux kredibbli għal diversi raġunijiet. Fosthom għax;

  • Ta’ kuljum joħorġu verżjonijiet totalment opposti minn ħdan l-istess ‘Covid Team’ tal-PN.
  • Il-PN jitkellem fuq il-pandemija biss meta jitilgħu n-numri.
  • Il-PN kontinwament kontra l-pariri tal-esperti tal-awtoritajiet tas-saħħa.
  • Jidher ċar li l-PN ma jridx l-affarijiet jitjiebu tant li fi stqarrija wara oħra jonqos milli jappella biex in-nies jikkonkorru għal vaċċin li hu parti mis-soluzzjoni.

Il-PL ikkonkluda lis-stqarrija billi qal li “l-Gvern se jibqa’ jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħares is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jilgħab għall-gallarija.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com