Il-Prim Ministru Tat-Tuneżija Mkeċċi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Pandemija

 Il-Prim Ministru Tat-Tuneżija Mkeċċi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Pandemija

Il-Prim Ministru tat-Tuneżija kellu jirreżenja dan hekk kif kellu pressjoni biex jagħmel dan mill-President tat-Tuneżija fejn issospenda l-parlament, wara li faqgħu protesti vjolenti madwar il-pajjiż.

Ilbieraħ eluf ta’ dimostranti, irrabjati niżlu fit-toroq wara li l-Gvern tilef il-kontroll tal-pandemija tal-Covid-19 fil-pajjiż.

Il-President Kais Saied ħabbar li se jieħu ħsieb jġib il-kalma lura fil-pajjiż bl-għajnuna ta’ prim ministru ġdid. Iżda l-avversarji ħadu din id-deċiżjoni ħażin u qalu li din hija mossa biex twassal għal kolp ta’ stat.

“Ħadna dawn id-deċiżjonijiet…sakemm il-paċi soċjali terġa’ tirrenja lura fit-Tuneżija u sakemm insalvaw l-istat minn din is-sitwazzjoni,” qal il-President Saied f’indirizz televiżiv wara laqgħa ta’ emerġenza u sigurtà li kellu fil-palazz tiegħu.

Tard ilbieraħ filgħaxija, id-dimostranti spiċċaw b’ċelebrazzjonijiet wara l-aħbar li l-Prim Ministru Hichem Mechichi kien tkeċċa. Il-President Saied ingħaqad mal-folol fil-belt kapitali ta’ Tuneż.

Ritratti: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com