Il-Pulizija B’Appell Ieħor Biex Jinstab Marcel Pisani

Il-Pulizija qed terġa’ tappella lill-pubbliku għal kull għajnuna li tista’ tingħata sabiex jinstab Marcel Pisani, raġel ta’ 50 sena, li ġie rrapportat nieqes lill-Pulizija fil-31 ta’ Diċembru, 2020.
It-tfittxijiet għas-Sur Pisani ma waqfux, iżda sfortunatament, dawn sa issa rriżultaw fin-negattiv. Saru tfittxijiet madwar il-kosta kollha ta’ Malta u Għawdex, permezz tal-Pulizija fuq l-art, tal-Forzi Armati mill-ajru, kif ukoll f’diversi inħawi fil-baħar mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Pulizija terġa’ tfakkar li Marcel Pisani juża siġġu tar-roti u jsuq vettura Ranault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.