Il-Pulizija Bi Tfittxija Għal Mara Fuq Ordni Tal-Qorti

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab persuna mfittxija fuq ordni tal-Qorti biex tidher bħala xhud.
Il-Mara mfittxija jisimha Hayat Liberrimi.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq illinji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 4/2021.