Il-Pulizija Fil-Haiti Joqtlu Erba’ Suspettati Bil-Qtil Tal-President

Erba’ persuni suspettati li assassinaw lill-President tal-Haiti Jovenel Moïse nqatlu fi sparatura mal-forzi tas-sigurtà.
Żewġ persuni oħra ġew arrestati, filwaqt li l-uffiċjali għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għas-suspettati l-oħra fil-kapitali Port-au-Prince.
“Se jinqatlu jew jinqabdu,” qal il-Kap tal-Pulizija Leon Charles.
Moïse, ta’ 53 sena, inqatel filwaqt li martu indarbet ukoll fl-attakk fid-dar tagħhom. Rapporti qed jgħidu li mart il-President tinsab f’kundizzjoni stabbli iżda kritika.
Ritratt: The Guardian / BBC