Il-Pulizija ‘Standby’ Minħabba L-Logħba Tal-Ħadd Bejn L-Ingliżi U T-Taljani

Jidher li l-pulizija qiegħda fuq standby għal-logħba tal-finali tal-Euro 2020 li se ssir nhar il-Ħadd li ġej. Bla dubju, dan irid isir anke minħabba l-fatt, li rridu ngħiduha ċara kif inhi, li hawn min jesaġera biex jiċċelebra jew joħodha bi kbira għax jitlef bil-konsegwenzi ta’ wara li mhumhiex prevedibbli.
Bosta ħwienet u bars jidher li kellhom talba kbira għall-imwejjed riservati.
Nappellaw li tinżamm il-kalma u d-dixxiplina. Nifirħu issa, inbatu wara. Lesti li terġgħu tinġabru ġewwa? Inutli tgergru mbagħad.