Il-Vaċċin Tal-Covid-19 Iwassal Biex Jiġi Żviluppat Vaċċin Tal-Malarja

 Il-Vaċċin Tal-Covid-19 Iwassal Biex Jiġi Żviluppat Vaċċin Tal-Malarja

Il-grupp farmaċewtiku Ġermaniż wara wieħed mill-aktar vaċċini ta’ suċċess kontra l-COVID-19 irid juża l-istess teknoloġija biex jiżviluppa vaċċin tal-malarja.

BioNTech, li żviluppat l-ewwel vaċċin tal-Covid-19 mal-kumpanija Amerikana Pfizer, qed timmira li tibda provi kliniċi tal-vaċċin tal-malarja sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kien hemm madwar 229 miljun każ ta’ malarja globalment fl-2019, b’madwar 409,000 mewta matul dik is-sena.

Il-WHO tgħid li t-tfal taħt il-ħames snin kienu jirrappreżentaw 67% tal-imwiet fl-2019 u 94% tal-każijiet u l-imwiet kienu fl-Afrika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com