Illejla Joħroġ Is-Salvatur – Bħal-Lum Is-Sema Fuq Ħal Lija Kienet Titpitter B’Nar Fin

 Illejla Joħroġ Is-Salvatur – Bħal-Lum Is-Sema Fuq Ħal Lija Kienet Titpitter B’Nar Fin

Illum 27 ta’ Lulju jimmarka l-bidu tal-festa (ħruġ min-niċċa) tas-Salvatur li tiġi ċċelebrata fis- 6 t’ Awwissu.

“Bħal-lum kieku jkunu qed jsiru l-aħħar preparament sabiex fit-8 ta’ filgħodu naħarqu l-ewwel bomba ; biex nuru li l-festa tiegħek waslet.”, inkiteb fuq il-paġna St. Michael’s Fireworks Ħal Lija; liema kamra hija waħda mill-aqwa li hawn f’pajjiżna f’dik li hija arti piroteknika.

Minħabba l-pandemija, li ġabet addattamenti ġodda fosthom anke tnaqqis fil-kuntatt man-nies u fil-ġbir ta’ fondi, apparti wkoll li attivitajiet ma humhiex isiru bil-festi kompluti kif imdorrijin, bosta kmamar tan-nar irriduċew il-ħarqiet tagħhom għal xi jiem biss, partikolarment nhar il-festa.

Insellmu l-poplu ta’ Ħal lija u nawgurawlkom il-festa t-tajba.

Ritratt: Reġjun Ċentru

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com