“Illum Is-Sistema Ġudizzjarja Tatna Raġġ Ta’ Tama Li Rridu Niggranfaw Miegħu” – Lawrence Gonzi

 “Illum Is-Sistema Ġudizzjarja Tatna Raġġ Ta’ Tama Li Rridu Niggranfaw Miegħu” – Lawrence Gonzi

F’reazzjoni li kiteb l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar dak li ħareġ mir-rapport tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, qal “kif tistgħu timaġinaw għandi ħafna xi ngħid f’dan il-mument imma “Din l-Art Ħelwa” bħalissa qed issejħilna biex nieqfu u naħsbu u sabiex nagħmlu l-għalmu kollu biex niffukaw fuq dak li hemm bżonn issa li l-verità ħarġet”.

Lawrence Gonzi saħaq li l-ewwel ħaġa li għanda nagħmlu huwa li nirringrazzja lill-familja Caruana Galizia għad-determinazzjoni u l-kuraġġ biex waslu sa hawn minkejja d-diffikultajiet kollha.

Huwa kompla billi sellem lit-tliet imħallfin u rringrazzjahom tal-isforzi tagħhom biex jesponu l-ħażen u l-qerq u talli reġgħu taw sens ġdid ta’ fiduċja fis-sistema ġudizzjarja.

“Meta konna ninsabu f’xifer ta’ kollass totali tal-istituzzjonijiet, tal-anqas illum is-sistema ġudizzjarja tatna raġġ ta’ tama li rridu niggranfaw miegħu”, kompla jgħid.

It-tielet punt li Gonzi qal u li “jidher li kulħadd qed jaqbel li r-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-inkjesta għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun.” Huwa saħaq li wieħed għandu janalizza bir-reqqa x’ikun l-aħjar mod kif dan għandu jsir u qal li “ngħodd lili nnifsi fost dawk il-ftit li jaqblu li l-implimentazzjoni jeħtieġ li tiġi ssorveljata minn kummissjoni indipendenti magħmula minn persuni kompetenti li huma ħielsa mil-partiġġjaniżmu politiku”

Fl-aħħar, l-eks Prim Ministru ikkonkluda billi qal li rridu nifhmu li din it-traġedja laqtitna lkoll. Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna hija mtertqa, u tterteqet għax uħud minnha rriffjutaw li jaraw l-ovvju. Oħrajn, irriffjutaw li jaċċettaw ir-realtà li kellhom quddiem għajnejhom filwaqt li oħrajn dawru wiċċhom in-naħa l-oħra għax aktar kien jaqblilhom jibqgħu iħaxxnu bwiethom.

“Dan kollu ġara għaliex meta ffaċċjati b’għażliet importanti, intagħżlet l-aktar deċiżjoni popolari aktar milli dak li hu tajjeb.” Temm il-messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu Dr. Lawrence Gonzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com