Illum Jibda L-Vjaġġ Storiku Ta’ Jeff Bezos Fl-Ispazju

 Illum Jibda L-Vjaġġ Storiku Ta’ Jeff Bezos Fl-Ispazju

Illum wara nofs in-nhar hemm stennija kbira għall-vjaġġ storiku fl-ispazju mill-Biljunarju Jeff Bezos.

Filfatt illum Jeff Bezos ta’ 57 sena flimkien ma’ ħuh Mark Bezos ta’ 53 sena akkumpanjati minn Wally Funk ta’ 82 sena u Oliver Daemen student ta’ 18-il sena ħa jkunu qed jivvjaġġaw f’kapsula 106 kilometru ‘l fuq minn wiċċ id-dinja bħala avventura spazjali. Il-Kapsula hija magħmula b’ħafna twieqi fejn wieħed jista’ jara xeni mil-isbaħ tal-ispazju u d-dinja tagħna.

Oliver Daemen ħa jkun l-iżgħar persuna li qatt ħa tkun telgħat fl-ispazju.

Jeff Bezos ħoloq l-kumpanija ‘Blue Origin’ bil-ħsieb li dan il-vjaġġ jkun il-bidu ta’ settur turistiku spazjali  ġdid.

F’kumment li għamel Bezos meta staqsewh jekk jinsabx nervuż, u qal li huwa eċitat ħafna però mhux nervuż, qal li jinsab eċitat biex jara x’jista’ jitgħallem.

Ir-rocket spazjali bl-isem ta’ ‘New Shepard’ b’4 passiġġiera ħa jkun qed jitlaq minn sit privat ta’ Jeff Bezos f’Texas.

Ritratti: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com