Illum Tista’ Tieħu L-Vaċċin Fil-Belt Valletta

Il-Klinika Mobbli tal-Vaċċin illum terġa’ tirritorna din id-darba fil-Belt Valletta.
Bejn illum u l-Ħamis tista’ tmur quddiem il-parlament biex tieħu l-vaċċin mingħajr bżonn t’appuntament. Il-Klinika ħa tkun miftuħa bejn id-9am u 12pm.
Matul il-ġimgħa li għaddiet permezz ta’ din il-Klinika Mobbli ngħataw 8,323 doża.
Ritratt: DOI