Iltaqgħu Fi Sfilata Tal-Moda U Issa Qed Ħolqu Proġett Ta’ Podcast

“Ftit snin ilu jien u Joanne iltqajna fi sfilata tal-moda, u jien għax jien fotografu u videografu għedtilha biex taħdem miegħi fi proġett tal-moda”, saħaq magħna Vince.
Hekk bdiet ir-relazzjoni fil-midja ta’ bejniethom u issa ħolqu podcast fejn jgħinu aktar lin-nies jesprimu rwieħhom.
Qed jaħdmu ħafna biex jipproduċi podcast kull ġimgħa ma’ Maltin bi stejjer interessanti bħal esperjenza dwar persuni li għaddew mill-problema tad-droga, stejjer ta’ suċċess fin-Negozju , stejjer Lgbtq u ħafna aktar.
Dan se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fuq youtube u anke facebook, bl-ewwel podcast jiġi aġġornat fis-7 ta’ Awwissu.
Youtube channel: Pukka media
Facebook : vince bonello pukka
facebook: Joanne Farrugia
Minn Stradarjali.com, awguri lilkom.