“Immaġinak Magħluq F’Ajurplan Ma’ 200 Persuna Pożittiva Għall-Virus”
Mariella Mizzi Attard uriet il-ħsieb tagħha fuq il-crew u l-ħaddiema li jridu joperaw it-titjira tal-istudenti li se jkunu rripatrijati lura f’pajjiżhom wara li rriżultaw pożittivi.
“Immaġinak magħluq f’ajruplan ma’ 200 persuna pożittiva għall-virus! Minn qalbi ngħid talba għalihom u għal dawk kollha li qed jaħdmu f’tant periklu għal saħħithom.”
Saħqet li issa n-numru tal-każijiet attivi se jinżel dalwaqt, peress li dalwaqt se jkunu rripatrijati dawn l-istudenti.
“Sewwa, forsi ma jibqgħux jilmentaw li qed jiġu maltrattati. Issa jieħdu ħsiebhom il-ġenituri tagħhom li tant ilmentaw.”