“In-Nies Jridu Jidraw Jgħixu Bil-Covid” – Daqshekk Maskri U Distanza Soċjali Fir-Renju Unit

Il-Prim Ministru Ngliż Boris Johnson huwa mistenni li jikkonferma dalwaqt, li r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 fir-Renju Unit se jkunu mneħħija fid-19 ta’ Lulju li ġej.
L-ilbies tal-maskri se jsir volontarju u se tispiċċa d-distanza soċjali ta’ metru. “In-nies iridu jidraw jgħixu bil-Covid-19”, tenna l-PM Ingliż.
B’hekk huwa mistenni li l-każijiet jiżdiedu iżda l-imwiet ikunu limitati minħabba l-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19.
Nhar it-Tnejn li għadda kienu rrapurtati 27,334 każ ġdid fl-Ingilterra filwaqt li mietu 9 persuna fi żmien 28 jum minn mindu rriżultaw pożittivi.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: Politico.eu