Ir-Residenti F’Ta’ Giorni Se Jgawdu Minn Berġa Tas-Saħħa Dalwaqt
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabba fuq il-midja soċjali li għadu kif beda x-xogħol ta’ tindif estensiv fuq sit li ser iservi bħala Berġa tas-Saħħa f’Ta’ Ġiorni.
Minn dan is-servizz ser ikunu qed igawdu ċ-ċittadini tal-madwar. Bit-tema ‘Ninvestu f’Saħħtek’, il-Ministeru tas-Saħħa għaddej b’numru ta’ inizjattivi favur saħħet il-pubbliku Malti.