Ir-Responsabbiltajiet Li Kienu Jaqgħu Taħt L-Onor. Rosianne Cutajar Jgħaddu Taħt Il-Ministru Owen Bonnici
Il-Prim Ministru Robert Abela għadda r-responsabbiltajiet tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi lill-Ministru Owen Bonnici.
B’hekk, il-Ministru Bonnici se jkun responsabbli mill-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Ir-responsabbiltajiet il-ġodda jiżdiedu ma’ dawk eżistenti, inkluż il-koordinazzjoni tal-istrateġija post-Covid-19.
Id-drittijiet ċivili, l-ugwaljanza, u r-riformi f’dawn l-oqsma jibqgħu fil-qofol tal-ħidma ta’ dan il-gvern u fiż-żmien li ġej dawn l-oqsma se jibqgħu jingħataw prijorità bil-għan li s-soċjetà Maltija tibqa’ tkun ta’ eżempju ħaj ta’ kif kulħadd għandu jkun stmat indaqs u jingħata l-istess opportunitajiet.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza issa se jkun qed jissejjaħ il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza.