Is-Suldati Amerikani Jitilqu Mill-Iraq Sal-Aħħar Tas-Sena

 Is-Suldati Amerikani Jitilqu Mill-Iraq Sal-Aħħar Tas-Sena

F’laqgħa li kellu l-President Amerikan Joe Biden, mal-Prim Ministru Iraqi Mustafa al-Kadhimi fil-White House lbieraħ ġie konfermat li l-forzi tal-Istati Uniti se jtemmu l-missjoni tagħhom ta’ ġlied fl-Iraq sal-aħħar ta’ din is-sena, iżda se jkomplu jħarrġu u jagħtu pariri lill-militar Iraqi.

Bħalissa hemm 2,500 suldat Amerikan fl-Iraq li jgħinu lill-forzi lokali jiġġieldu dak li fadal mill-grupp tal-Istat Iżlamiku.

Għall-President tal-Istati Uniti Joe Biden, din l-aħbar timmarka t-tmiem ta’ gwerra oħra li bdiet taħt l-eks President George W Bush. Din is-sena huwa qal li t-truppi Amerikani se jitilqu mill-Afganistan ukoll.

L-Istati Uniti kienu invadew lill-Iraq fl-2003 biex jiġi eliminat il-President Saddam Hussein.

Ritratt Prinċipali: The Wall Street Journal

Ritratt Ieħor: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com