Issir L-Infiorata F’Nofs Tal-Pjazza Fl-Għarb
L-Għarb huwa magħruf għall-infjorata li jagħmlu ta’ kull sena fi żmien il-festa tal-Viżitazzjoni; tradizzjoni li ilha ssir numru ta’ snin f’dan ir-raħal pittoresk.
Din is-sena, l-infiorata li kienet ssebbaħ iz-zuntier, saret f’nofs ta’ pjazza fuq disinn ta’ Michael Bajada bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.
Id-disinn magħżul juri żewġ nisa tqal li jirrappreżentaw lill-Patruni tal-Għarb: Marija u Eliżabetta kif ukoll in-Nome Di Maria.
Awguri lilkom u l-festa t-tajba.