It-Tfal Issa Jistgħu Jniżżlu Ċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

 It-Tfal Issa Jistgħu Jniżżlu Ċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin

Dawk iż-żgħażagħ żgħar ta’ bejn it-12 u 15-il sena li ħadu l-vaċċin issa jistgħu jużaw PIN code apposta sabiex iniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dawk li ilhom 14-il jum li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin issa jistgħu jniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin billi jġibu PIN minn healthtoken.gov.mt

Biex tuża din is-sistema jkollok bżonn din l-informazzjoni:

  1. In-numru tal-karta tal-identità tat-tfal u/jew in-numru tal-isptar
  2. Id-data tat-twelid
  3. Numru tal-mobile
  4. Email address

Ladarba ddaħħal din l-informazzjoni b’mod awtomatiku se jintbagħat code fuq in-numru tal-mobile provdut. Dan il-code se jkun jista’ jintuża minflok in-numru tad-dokument.

Biex tniżżel iċ-ċertifikat trid tidħol fuq certifikatvaccin.gov.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com