It-Traffiku Ta’ Dalgħodu Fi Triq Reġjonali Kien Ikkawżat Minħabba Inċident Bil-Mutur
Spanjol ta’ 39 sena residenti Birkirkara, għal xi t-8.15, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tal-għamla Peugeot Citystar, u waqa’.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.