Jeħel Multa Ta’ €200 Għal Sewqan Traskurat Li B’Konsegwenza T’Hekk Spiċċa Traqqad Iż-Żiemel
Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, Carlos Falzon kien mixli li fis-27 ta’ Lulju tal-2014 għall-ħabta tas-6.30pm saq b’mod traskurat li kkawża ħsara b’dannu lil Joseph Fenech.
Dan ġara fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn fejn ħabat f’serkin, tant li s-sewwieq sofra minn ġrieħi u ż-żiemel kellu jitraqqad.
Ġara li x-xufier baqa’ għaddej iżda waqgħetlu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni tal-vettura li nġabret mill-Pulizija.
Il-Maġistrat Grech sabet lil Falzon ħati ta’ sewqan traskurat, madanakollu mhux ta’ sewqan perikoluż u mmultatu €200.