“Jien Se Nkun Il-Belt Valletta Għada Waħdi Quddiem Il-Parlament” – Ira Losco

 “Jien Se Nkun Il-Belt Valletta Għada Waħdi Quddiem Il-Parlament” – Ira Losco

“Jien se nkun il-Belt Valletta għada filgħodu fl-10:30 waħdi quddiem il-Parlament bi plakka li tgħid – daqshekk diskriminazzjoni għall-arti u d-divertiment.”

Hekk kitbet l-artista Maltija Ira Losco fejn tenniet li se tkun mingħajr maskra ghax ħadt il-vaċċin, nemmen fil-vaċċin u għandi ċertifikat li nuri għaliħ.

“Qed nagħmel dan għax nemmen fid-drittijiet tal-arti u l-ħaddiema kollha f’din l-industrija tant sabiħa. Industrija li ġiet demonizzata globalment u anke f’Malta, li giet maħkuma min narrativa ta’ ifred u saltan u li qed tinqered. Huwa dritt tiegħi f’pajjizi, skont il-kostituzzjoni tagħna li nghamel dan minghajr ebda permess.”

Taqblu ma’ Ira Losco?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com