Jitwaqqaf Monument Olimpiku fl-Għarb, Għawdex

 Jitwaqqaf Monument Olimpiku fl-Għarb, Għawdex

Fl-okkazjoni tal-Jum Olimpiku li kien nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2021, saret l-inawgurazzjoni ta’ Monument Olimpiku fiżżona fejn hemm il-faċilitajiet sportivi, fi Triq Tumas Cassar, fl-Għarb, Għawdex.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-Monument saret mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri li permezz ta’ Eco Gozo ingħatat għajnuna finanzjarja biex dan il-Monument seta’ jsir. F’ ċerimonja qasira iżda simbolika u sinifikattiva li saret nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2021, saret il-mixelgħa tal-Urna Olimpika mill-atleta Stefan Azzopardi mill-Għarb, assistit minn Ġuzeppina Galea atleta tal-iSpecial Olympics. Wara li indaqq l-Innu Olimpiku, saru diskorsi qosra minn Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti, mis-Sindklu David Apap u mill-Ministru Clint Camilleri.

Joe Cassar semma l-valuri Olimpiċi, kif ukoll il-proċess biex dan il-Monument seta’ jsir bil-ħidma ta’ Joe Bajada li huwa wkoll membru fil-Kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti, apparti karigi oħra sportivi Internazzjoni. Huwa radd ħajr lis-Sindku tal-Għarb li minkejja l-ġranet ferm limitati aċċetta l-proposti mressqa lilu biex issa il-gżira Għawdxija hija wkoll imżejjen b’dan il-Monument u għalhekk dan il-post jista jitqies bħala sit Olimpiku b’ħafna simboliżmu. Is-Sindku David Apap minn naħa tiegħu qal li minkejja li ngħataw biss ftit ġranet, huwa ħassew li Monument Olimpiku fil-lokalita’ tagħhom ser ikun ta’ attrezzjoni sportiva u jittama li dan il-post ikun ta’ inċentiv biex iktar żgħażagħ jibdew jipprattikaw l-isport u anke jkollna wkoll atleti Għawdxin li jipparteċipa barra minn Malta. Huwa radd ħajr lil Ministeru għal Għawdex li permezz ta’ Eco Gozo seta’ jimmaterjalizzaw dan il-proġett u wiegħed li ser iżommuh kif jixraq. Minn naħa ta’ Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex, dan qal li huwa ferm xieraq li din l-inawgurazzjoni qed issir f’ġurnata hekk important meta qed jitfakkru l-Olimpjadi. Fid-dinja tal-lum bl-interessi diversi tal-pajjiżi kollha, l-isports hija dik il-ħaġa li jirnexxielha li twassal iktar qrib lejn xulxin lil ħafna pajjiżi u dan il-messaġġ li jwassal l-isports li huwa ndispensabbli għal ħajja u s-soċjeta’ tagħna. Huwa radd ħajr li dawk kollha li taw s-sehem tagħhom biex issa anke f’Għarb għandna attrazzjoni oħra li tkompli jsebbaħ lil dan ir-raħal karatteristiku tal-Għarb.

Fi tmiem iċċerimonja ngħataw plakkek ta’ tifkira minn naħa tal-Kumitat Olimpiku Malti lil atleti Stefan Azzopardi u Ġuzeppina Galea, lil kordinatur sportiv Joe Bajada, lis-Sindku David Apap u lil Ministru Clint Camilleri.

 

Ritratt: Joe Bajada

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com