Julian Harding Jerġa Jikser Ir-Rekord Tal-Korsa Tat-Triathlon Fis-Salina
Julian Harding wera li s-suċċess li kiseb fid-debutt tiegħu fl-isfera tat-triathlon ma kienitx xi ħaġa ta’ darba meta kiser ir-rekord tal-kors li hu stess stabbilixxa ħmistax ilu fil-Go & Fun Sprint Triathlon nhar il-Ħadd li ghadda.
Ir-rekord il-ġdid tal-korsa tas-Salina issa hu ta’ 58 minuta 33 sekonda.
L-ewwel barra mill-ilma, Harding kompla għall-korsa tar-rota bl-intenzjoni li jżomm il-vantaġġ quddiem Keith Galea. L-ex-għawwiem Harding irreġistra titjib fit-taqsimiet tal-għawm u r-rota iżda ra ħin kemmxejn itwal fil-ġirja. Madankollu, is-sekondi mitlufa fil-ġirja ma influwenzawx ir-riżultat li rah jirreġistra rekord ġdid.
Harding ġie segwit minn Keith Galea li spiċċa t-tellieqa fl-1:02:05. Galea irregistra l-aħjar ħin fit-taqsima tal-giri. Fit-tielet post daħal Jesrit Angel Camilleri, li minkejja li ħareġ mill-ilma fl-10 post, għamel tajjeb biex naqqas id-distakk fit-taqsima tar-rota u tal-girja biex spiċċa t-tellieqa fl-1:07:10
It-tellieqa tan-nisa ntrebħet minn Danica Bonello Spiteri, li tilfet l-ewwel tellieqa minħabba impenji kompetittivi barra l-pajjiż. Bonello Spiteri marret fil-vantaġġ mill-bidu nett u baqat tkabbar id-distakk bejnha u Pia Zammit fit-tieni post. Bonello Spiteri temmet it-tellieqa f’ħin ta’siegħa 7 minuti 51 sekonda, b’Zammit tirregistra hin ta’ 1:17.18. Fit-tielet post spiċċat Eva Resnich f’ħin ta’ 1: 24.36.
It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru ġewwa Salina.
Ritratt: Deacon Xuereb