‘Jum Il-Ħelsien’ – Hekk Qed Jissejjaħ Illum Fl-Ingilterra

 ‘Jum Il-Ħelsien’ – Hekk Qed Jissejjaħ Illum Fl-Ingilterra

Hekk kif minn nofs il-lejl fl-Ingilterra tneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija, iż-żgħażagħ imlew id-diskoteki b’eluf joħorġu jiddivertu matul il-lejl kollu.

Fl-Ingilterra llum qed jissejjaħ Jum il-Ħelsien fejn ir-restrizzjonijiet tad-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra tneħħew, kif ukoll m’hemmx aktar il-bżonn li jibqgħu jaħdmu mid-dar.

Għal ħabta ta’ nofs il-lejl diġà bdew jinġemgħu kjuwijiet twal ta’ nies quddiem 12,000 diskoteka fl-Ingilterra li ilhom magħluqin aktar min sena u nofs.

Dan filwaqt li l-Ministru għas-Saħħa jinsab pożittiv kif ukoll il-Prim Ministru Boris Johnson jinsab fi kwarantina minħabba kuntatt li kellu mal-Ministru. Fl-Ingilterra bħal issa qed jaraw mal-50,000 każ kuljum ta’ Covid-19 waqt li bosta uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa qed jisħqu li ma jdumx wisq li jerġgħu jmorru lura għar-restrizzjonijiet minħabba li l-ammont ta’ nies li qed jidħlu fl-isptarijiet dejjem qed jiżdied.

Ritratt: The Sun

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com