Kardinal Flimkien Ma’ 9 Oħra Jaffaċċjaw Akkużi Ta’ Koruzzjoni Fuq Negozju Ta’ Propjetà F’Londra

 Kardinal Flimkien Ma’ 9 Oħra Jaffaċċjaw Akkużi Ta’ Koruzzjoni Fuq Negozju Ta’ Propjetà F’Londra

Kardinal Taljan flimkien ma’ 9 persuni oħra ġew ordnati li jkunu mixlija u anke mressqa l-qorti minn imħallef tal-Vatikan fuq allegat koruzzjoni b’rabta ma’ negozju fuq propjeta lussuża f’Londra b’valur ta’ €350 miljun.

Dawn jinkludu l-Kardinal Angelo Becciu li safa mkeċċi mill-Papa Franġisku s-sena l-oħra,  il-kapijiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Vatikan, kif ukoll 2 negozjanti Taljani li kellhom x’jaqsmu mal-akkwist f’isem il-Vatikan f’akkwata esklussiva tal-kapitali.

Becciu huwa l-ogħla uffiċjal tal-Vatikan li qatt kien mixli sa issa, b’akkuża relatata ma’ finanzi.

Ritratt: Sky News

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com