Kardinal Qed Ikun Akkużat Li Nefaq €350 Miljun Fuq Propjetà B’Fondi Tal-Knisja
Il-Kardinal Taljan Angelo Becciu ta’ 73 sena lbieraħ attenda għall-ftuħ ta’ proċess li fih qed jkun akkużat flimkien ma’ disa’ oħrajn b’reati finanzjarji.
Il-kardinal qiegħed jiffaċċja akkużi serji li għamel użu ħażin minn fondi tal-knisja. Huwa wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Lura għas-sena 2014 instab minn rapporti li kienu saru li l-Vatikan kien għamel telf ta’ miljuni. Il-Kardinal Angelo Becciu li dak iż-żmien kien jieħu ħsieb id-donazzjonijiet tal-knisja wara li kienet saret investigazzjoni kien instab li xtara propjetà f’Londra li tiswa madwar 350 miljun b’fondi tal-knisja.
Meta feġġew dawn ir-rapporti l-Papa Franġisku kien keċċieh.