Karozza Bomba Toqtol 9 Persuni Fis-Somalja

Karozza bomba mmirata lejn konvoj tal-gvern splodiet f’triq traffikuża ħafna fil-kapitali tas-Somalja, u qatlet mill-inqas 9 persuni.
Abdiasis Abu Musab, kelliem għall-operazzjonijiet militari għall-grupp militanti al-Shabaab marbut ma’ al-Qaida, qal li kien responsabbli għall-attakk. Il-grupp, li jrid iwaqqa’ l-gvern u jimponi l-liġi tax-xarija Iżlamika, ta’ spiss iwettaq dawn il-bombi.
Jidher li l-konvoj li kien hemm fih uffiċjali għolja tal-Pulizija irnexxilhom jsalvaw però bosta nies pajżana sfaw vittmi ta’ dan l-attakk u mistenni li n-numri tal-vittmi jkompli jitla’.
Ritratt: Reuters