Każ Pożittiv Fil-Villaġġ Olimpiku Tal-Atleti Ftit Ġranet Qabel Il-Ftuħ
Jidher li ftit ġranet biss qabel jibda b’mod uffiċjali l-Olimpijadi ta’ Tokjo instabet persuna pożittiva bil-Covid fil-villaġġ olimpiku tal-atleti.
Matul dawn l-aħħar xhur is-sitwazzjoni fil-Japan ma kienetx tajba fejn kien hemm diversi protesti mill-pubbliku sabiex dawn jiġu mħassra minn ħabba biża li n-numru ta’ każi jkompli jżid.
Dan il-każ ġie konfermat illum minn Toshiro Muto li huwa wieħed mill-organizzaturi prinċipali fejn qal li persuna li huwa involut fl-organizzazzjoni li wasal f’Tokjo ftit ġranet ilu irriżulta pożittiv.
L-Olimpijadi diġà ġew posposti b’sena minħabba is-sitwazzjoni tal-pandemija. L-atleti issa bdew jaslu wkoll f’din il-belt fejn propju fit-23 ta’ Lulju jingħata bidu għal dawn l-Olimpijadi Tokjo 2020.
Bħal issa Tokja jinsab taħt stat ta’ emerġenza hekk kif dawn l-aħħar ġranet kompla jinfirex il-virus b’miżuri stretti għall-kontinġenti u l-atleti.