Klinika Mobbli Għat-Tilqim Mill-Ġimgħa Dieħla

Mill-ġimgħa dieħla kulmin għadu ma ħax il-vaċċin ħa jkun jista’ jagħmel dan f’lokalitajiet differenti u mingħajr appuntament.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu.
L-ewwel 3 lokalitajiet ħa jkunu dawn:
19 ta’ Lulju fil-Mosta
21 ta’ Lulju fiż-Żejtun
23 ta’ Lulju f’San Ġiljan
Chris Fearne kompla jħeġġeġ lil dawk li għadhom ma ħadux il-vaċin sabiex jagħmlu dan.