Kolp Qawwija Minn Ħamrun – Jiffirmaw lil Henry Bonello

 Kolp Qawwija Minn Ħamrun – Jiffirmaw lil Henry Bonello

Akkwist importanti għaċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Malti Hamrun Spartans FC hekk kif huma akkwistaw l-firma tal-goalkeeper internazzjonali Malti Henry Bonello mingħand Valletta FC

L-Spartans ilhom xhur twal interessati fis-servizzi ta’ Bonello u din l-aħbar żgur mhux qed titqies bħala sorpriża minn bosta speċjalment wara l-aħbar tat-tmiem il-ġimgħa li għadda li Manuel Bartolo ma kienx ser jibqa jifforma parti mit-tim Ħamruniż.

Bonello iffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Hamrun. Ma’ Valletta huwa rebaħ xejn anqas minn ħames kampjonati kif ukoll l-FA Trophy.

Dan huwa t-tielet akkwist ta’ Hamrun s’issa wara l-ingaġġ tad-difensur mill-Estonja Nikita Baranov kif ukoll l-attakant Franklin Sasare b’self mingħand Lugano FC.

 

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com