L-Akkademja Għall-korpi Dixxiplinati Issa Akreditata Bħala ‘Further Education’

 L-Akkademja Għall-korpi Dixxiplinati Issa Akreditata Bħala ‘Further Education’

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabba li l-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati issa tinsab akkreditata biex toffri programmi ta’ Livell MQF 4. Dan ifisser li t-taħriġ li jingħata lill-istudenti se jkun wieħed akkreditat, ta’ livell għoli u rikonoxxut minn istituzzjonijiet edukattivi barranin.

Dan se jwassal biex l-istudenti kollha li jattendu l-Akkademja se jgawdu mill-benefiċċju ta’ taħriġ validu biċ-ċertifikati jistgħu jiġu msarrfa fid-dinja tax-xogħol.

Wara li tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Korpi Dixxiplinati, issa kien imiss li nimbuttaw għal taħriġ ta’ kwalità akkreditat biex xogħol fil-Forzi jibda verament jiġi jitqies bħala karriera u, biex naslu għal din il-mira, l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta’ kollox. Illum, kull min jagħżel li jibda l-karriera tiegħu fis-servizz jaf li għandu gvern kommess li jinvesti fih,” qal il-Ministru Camilleri. Huwa saħaq kif dan ir-riżultat qed jibgħat sinjal ċar li l-investiment fil-qasam tas-sigurtà se jibqa’ ta’ prijorità.

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Akkademja l-Professur Ray Mangion faħħar dan il-pass u tenna li l-missjoni tal-Akkademja hi li tipprovdi taħriġ professjonali u modern li jwassal għal servizz aħjar lill-poplu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com