L-Avviż Legali Dwar L-Ivjaġġar Lejn Malta Aġġornat Ftit Ħin Qabel Daħal Fis-Seħħ

 L-Avviż Legali Dwar L-Ivjaġġar Lejn Malta Aġġornat Ftit Ħin Qabel Daħal Fis-Seħħ

Avviż legali ġdid ippubblikat ilbieraħ filgħaxija biddel id-deċiżjoni kontroversjali ta’ Malta fuq il-persuni mhux imlaqqma sigħat qabel ma daħal fis-seħħ.

Pajjiżna issa se jkun qed jaċċetta persuni mhux imlaqqma mill-pajjiżi fl-lista ppubblikata fl-avviż legali li jinkludu l-pajjiżi kollha tal-UE bil-kundizzjoni li jridu jissottomettu ruħhom għal perjodu ta’ kwarantina.

Tfal ta’ 12-il sena u nqas u dawk li ma jistgħux jieħdu l- vaċċin għal raġunijiet mediċi huma wkoll eżentati milli jkollhom jipproduċu ċertifikat jew kwarantina, minflok ikollhom juru PCR test negattiv li jsir mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-wasla.

Il-miżura l-ġdida wkoll ma tapplikax għal dawk li bbukkjaw it-titjiriet tagħhom qabel ma tħabbret il-miżura nhar il-Ġimgħa li għadda.

Mill-lum ukoll jidħol fis-seħħ l-avviż legali li jordna l-għeluq tal-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com