L-Iskejjel Ta’ L-Ingliż Jistgħu Jerġgħu Jiftħu – Dan Wara Pubblikazzjoni Ta’ Avviż Legali Ġdid

Wara li fl-14 ta’ Lulju l-iskejjel tal-Ingliż f’Malta ngħalqu ħabba żieda kbira ta’ każijiet fost studenti li kienu hawn Malta biex jitgħallmu l-Ingliż, jidher li matul dan il-lejl ħareġ avviż legali ġdid.
Skond dan l-avviż legali jgħid li l-iskejjel jistgħu jerġgħu jiftħu bil-kundizzjoni li jridu jaċċettaw biss studenti li waslu Malta mil-lum jew studenti li għandhom wieħed miċ-ċertifikati tal-vaċċin li huma aċċettati f’Malta.
Din l-aħbar ħarġet fuq is-sit uffiċjali tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, f’dawn l-aħħar siegħat.