L-Iskejjel Tal-Ingliż Jerġgħu Jagħlqu Mill-Erbgħa 14 Ta’ Lulju – Turisti Bilfors Irid Ikollhom Ċertifikat

 L-Iskejjel Tal-Ingliż Jerġgħu Jagħlqu Mill-Erbgħa 14 Ta’ Lulju – Turisti Bilfors Irid Ikollhom Ċertifikat

Il-maġġoranza tal-każijiet il-ġodda huma relatati ma’ safar; turisti mhumhiex imlaqqmin. Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tenna li għandna wkoll numru ta’ skejjel tal-Ingliż fejn qed naraw każijiet pożittivi f’dawn l-iskejjel. S’issa diġà nstabu każijiet f’9 language schools differenti.

Qal li dan jista’ jkun ta’ riskju għall-persuni fil-komunità. Qal li meta l-Gvern kien qed jirrevedi l-passi tal-miżuri, ħa ħsieb li jagħmel dan b’kawtela u bil-mod biex f’każ li jkollna mmorru lura, immorru lura bil-mod.

Min-nhar l-erbgħa 14 ta’ Lulju ser jerġgħu jagħlqu l-iskejjel tal-ingliż. Min-nhar l-erbgħa wkoll, kull min jiġi f’pajjiżna jrid ikollu ċertifikat tat-tilqim li huwa rikonoxxut; Malti jew mill-UE.

Tfal ta’ taħt it-12-il sena, jkunu jridu jiġu b’pcr test negattiv. Tenna li kollox jiddependi wkoll fuq kemm se jiżdiedu l-każijiet u jekk hux se jkomplu jitilgħu. “Importanti li nibqgħu nuru prudenza u li nibżgħu għal xulxin”, tenna Fearne.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com