l-MEIA Esprimew T-Tħassib Tagħhom Dwar Iż-Żieda Fil-Każijiet

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali l-MEIA esprimew t-tħassib tagħhom dwar iż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 li fil-maġġoranza qed ikunu nies barranin.
l-MEIA saħqu li sa issa ma jistgħux isiru attivitajiet bin-nies bil-wieqfa kif ukoll l-attivitajiet li jistgħu jsiru jridu jkunu kontrollati għaliex sa issa attivitajiet tal-massa ma jistgħux iseħħu, u għalhekk ħadd ma jista’ jipponta subgħajh lejn dan is-settur li teknikament għadu magħluq.
L-attivitajiet illegali u mhux ikkontrollati jibqgħu theddida għall-ftuħ mill-ġdid b’mod sigur tal-industrija.
L-MEIA tennew il-messaġġ kontinwu tagħhom li l-kontroll fil-fruntieri jibqa’ fattur importanti biex jitwaqqfu l-każijiet importati u jiġi evitat it-tixrid fil-komunità lokali.