L-MTA Tikkonferma Li Hi Tħallas L-Ispejjeż Tal-Kwarantina Għal Min Isegwi L-Proċeduri Biss
B’referenza għall-artikli ppubblikati f’sezzjonijiet tal-midja, fejn fihom jissemma li studenta tal-Erasmus ġiet ippreżentata b’kont ta’ €1,200 fil-“lukanda ta’ kwarantina”, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tixtieq tinnotifika li wara li ġie konfermat mal-lukanda nnifisha, l-istudenta inkwistjoni fil-fatt ma ġiex mitluba tħallas mil-lukanda, imma hija qed tħallas biss għall-ikel u x-xorb, kif dejjem ikun il-każ f’każijiet bħal dawn.
L-MTA tenniet li hi tkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni fil-“lukanda ta’ kwarantina” għal dawk li segwew il-proċeduri neċessarji biex jidħlu Malta. Dan isir ukoll skont l-Avviż Legali li ġie ppubblikat, li jgħid b’mod ċar li dawk biss li ma jkunux segwew l-proċeduri biex jidħlu Malta u jitqiegħdu fi kwarantina preventiva, li jridu jħallsu għalihom infushom.