L-MUT Irreġistrat Tilwima Ndustrijali Mal-Gvern U L-Università Ta’ Malta

 L-MUT Irreġistrat Tilwima Ndustrijali Mal-Gvern U L-Università Ta’ Malta

L-Union tal-Għalliema (MUT) irreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern u l-Università ta’ Malta u se tkun qed tiltaqa’ mal-membri tagħha aktar kmieni l-ġimgħa d-dieħla biex jibdew azzjonijiet industrijali.

Fi stqarrija li ħarġet l-MUT qalet li matul il-jum tal-bieraħ fallew in-negozjati mal-Università ta’ Malta dwar ftehim kollettiv ġdid għal gradi tal-impjegati li jagħtu servizz fl-Università ta’ Malta u fil-Junior College.

l-MUT qalet li ġiet ippreżentata b’pożizzjoni emendata mill-Industrial Relations Unit (IRU) tal-Gvern fejn il-klawżoli li ġew diskussi għal xhur twal, u li kienu jinkludu l-bażi ta’ ftehim, ġew irtirati mill-Università mingħajr ebda ġustifikazzjoni. Għal dan il-għan, l-MUT irreġistrat in-nuqqas ta’ qbil tagħha u ħalliet il-laqgħa bi protesta.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com