L-NGO Marsaxlokk Heritage Bi ‘Clean Up’ F’Tal-Magħluq

Il-Ministru Owen Bonnici dalgħodu ingħaqad mall-organizzazzjoni volontarja Marsaxlokk Heritage fejn dalgħodu telgħu attività ta’ ‘clean up’ fil-bajja u l-madwar tal-Magħluq, f’Marsaxlokk.
Owen Bonnici feraħ u rringrazzja lil dan il-grupp li qed jagħmel ħafna ġid f’Marsaxlokk permezz ta’ dawn it-tip ta’ attivitajiet u oħrajn. Matul din l-attività nġabar skip mimli skart ta’ kull tip.
Bonnici tenna biex “nibżgħu għall-ambjent, li wara kollox ngħixu aħna stess u uliedna fih.”