L-Qorti Tordna Biex Isiru Testijiet Tad-DNA Fuq Il-Fdalijiet Ta’ Tumas Fenech

 L-Qorti Tordna Biex Isiru Testijiet Tad-DNA Fuq Il-Fdalijiet Ta’ Tumas Fenech

Wara diversi snin issostni li huwa t-tifel ta’ Tumas Fenech il-Qorti lum ordnat li jsiru testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet ta’ Tumas Fenech.

Il-Qorti ħatret lill-espert forensiku Dr Mario Scerri u lil Dr Marisa Cassar biex jeżaminaw il-fdalijiet ta’ Fenech li kien miet fl-1999 u jagħmlu test tad-DNA.

Victor Buttigieg fl-2013 kien fetaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Familja u talab li fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu jitniżżel li missieru huwa Tumas Fenech. Huwa kien talab li jsiru t-testijiet tad-DNA wkoll.

Fix-xhur li għaddew fil-Qorti kien intqal li l-fdalijiet ta’ Fenech kienu tneħħew mill-qabar li kien midfun fih fl-1999.

Buttigieg bħalissa jinsab fil-Faċilità Korrettiv ta’ Kordin jiskonta sentenza dwar droga. Huwa ilu dieħel u ħiereġ il-ħabs għal kważi kwart ta’ seklu fuq sentenzi relatati ma’ serq u droga.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com