Mart Il-PM Lydia Abela Żżur Il-WasteServ
Bħala parti mill-attivitajiet ta’ ‘Smiles with Miles’ mart il-Prim Ministru Lydia Abela flimkien mal-Ministru Aaron Farrugia żaru il-WasteServ fejn matul din il-ġimgħa qed jorganizzaw ‘Health Week’ bil-għan li jħeġġu lill-impjegati jsiru aktar konxji tas-saħħa tagħhom.
Lydia faħħret din l-inizjattiva u inizjattivi bħal dawn fejn jpoġġu s-saħħa tal-ħaddiema fiċ-ċentru. Ħadet l-opportunità ukoll biex irringrazzjat lill-ħaddiema tal-WasteServ tax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu ta’ kuljum.
‘Smiles with Miles’ hija kampanja biex tħeġġeġ lin-nies jagħmlu aktar eżerċizzju fiżiku filwaqt li jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom.