Maħtura Żewġ Deputati Kummissarji Tal-Pulizija

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, intqal li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, illum ħatar lil Dr Alexandra Mamo u Ramon Mercieca bħala żewġ Deputati Kummissarji ġodda.
Id-Deputat Kummissarju Dr Alexandra Mamo se tkun responsabbli mill-investigazzjonijiet speċjalizzati (Investigations & Technical Support). Id-Deputat Kummissarju Ramon Mercieca, se jkun responsabbli mid-Distretti u branki relatati (Field & Operational Support)