Malta Se Tagħti Donazzjoni Ta’ 20,000 Kit Tar-Rapid Antigen Test Lit-Tuneżija

Malta se tagħti donazzjoni ta’ 20,000 kit tar-Rapid Antigen Test lit-Tunesija li ntlaqtet mill-varjant Delta meqjus bħala l-kawża ewlenija ta’ każijiet ġodda fit-tixrid tal-pandemija f’dan il-pajjiż tal-Afrika ta’ Fuq.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru tas-Saħħa u Ministeru għas-Saħħa kif ukoll mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej.