Malta Titpoġġa Fuq Il-Lista L-Ħamra Tal-ECDC

 Malta Titpoġġa Fuq Il-Lista L-Ħamra Tal-ECDC

L-Aġenzija Ewropea għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) poġġew lil Malta fuq il-lista l-ħamra għall-ivvjaġġar dan wara żieda sostanzjali fil-każijiet matul il-jiem li għaddew.

Il-mappa tkun ppubblikata ta’ kull ġimgħa u turi l-qagħda li jinsabu fiha l-pajjiżi Ewropej fir-rigward tal-każijiet pożittivi tal-COVID-19.

Dawn il-listi huma gwida għal kull minn ikun ħa jivvjaġġa bejn pajjiż u ieħor kif ukoll jagħtu stampa ċara tas-sitwazzjoni f’kull pajjiż fl-Ewropa. Jistgħu ukoll jintużaw bħala bażi ta’ informazzjoni lill-pajjiżi u gvernijiet sabiex jieħdu deċiżjonijet bħal restrizzjonijiet sabiex titrażżan il-pandemija tal-COVID-19.

Pajjiż jiġi kklassifikat fil-lista l-ħamra la darba r-rata ta’ każijiet tkun bejn 75 u 200 każ għal kull 100,000 ruħ u r-rata ta’ pożittiva tkun ta’ aktar minn 4%.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com