Maqjel Ta’ Żibel Mormi Min-Nies F’ Taċ-Ċawla Għawdex
Ritratti li ttellgħu fuq sit soċjali fuq facebook, juri miżbla ta’ ħmieġ mormi fil-housing estate f’Taċ-Ċawla f’Għawdex.
Għaliex jiġri hekk? Tgħid il-bniedem jemmen li la se jarmi barra, se jinġabar? Daqshekk l-imħabba lejn artna jew il-belt jew raħal li ngħixu fih? Insejna li l-ħmieġ iġib il-mard?
jew donnu ma jitgħallmu qatt ċerti individwi?
Inti tista’ tagħti sehemhek billi tidħol fuq l-app CLEAN and UPKEEP, tirraporta jew twassal ilment fuq [email protected] fejn imbagħad, il-Customer Care Unit jinfurmaw lil min hu kkonċernat u tittieħed azzjoni.
Li barra huwa tagħna wkoll, mhix ‘buzz word’, hija realtà. L-Ambjent ta’ madwarek jaffettwalek saħħtek, ħajtek u kif tgħix kuljum. Ħu ħsiebu!