Mara Ta’ 40 Sena Sfat Milquta Minn Vettura F’San Gwann
![Mara Ta’ 40 Sena Sfat Milquta Minn Vettura F’San Gwann](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/ambulanza-emergenza-pronto-soccorso-850x560.jpg)
Mara ta’ 40 sena sfat milquta minn vettura fi triq tas-Sliema, San Gwann.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tan-12:30pm, fejn il-mara sfat milquta minn vettura ta’ tip Fiat misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena li jgħix San Ġwann.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.