Mara Ta’ 40 Sena Sfat Milquta Minn Vettura F’San Gwann

 Mara Ta’ 40 Sena Sfat Milquta Minn Vettura  F’San Gwann

Mara ta’ 40 sena sfat milquta minn vettura fi triq tas-Sliema, San Gwann.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tan-12:30pm, fejn il-mara sfat milquta minn vettura ta’ tip Fiat misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena li jgħix San Ġwann.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com